Wednesday, July 24, 2024

It-tielet rebħa nfila għal Espoir D’Elphigny fil-finali Premier

Paul Galea impressjonanti b’ħames rebħiet

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Il-Ħadd fil-għaxija fil-Marsa ġiet fi tmiemha l-ewwel parti tal-istaġun 2024. Dan meta saret il-31 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Din inkludiet fost l-oħrajn tliet finali għal żwiemel Franċiżi. Dawn kienu l-Prix De Vincennes tal-klassi Premier, il-Prix De Cabourg tal-klassi Silver u l-Prix De Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze. Dawn saru kollha fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Fil-finali l-aktar mistennija, dik Premier, kien hemm taqtiegħa missielta bejn tliet żwiemel fl-aħħar metri tagħha. Kien Espoir D’Elphigny (Rodney Gatt) li ħa t-tielet rebħa nfila bi ftit minn Iron De Ginai (Charles Degiorgio) u Dreamer Boy (Paul Galea). Disco D’Occagnes (Noel Baldacchino) daħħal fir-raba’ post quddiem Diablo D’Herfraie (Jesmar Gafa’). Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.13.6” fil-kilometru.

Egerie Du Puy (Paul Galea) akkwista l-ewwel rebħa f’Malta fil-finali tal-Prix De Cabourg tal-klassi Silver. Dan qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’distakk ta’ żewġ tulijiet minn Diamant Du Ruel (Jesmar Gafa’) li temm it-tieni u minn Hanouchka (Cherise Farrugia) u Half Tege (Patrick Spiteri) li daħlu flimkien fit-tielet post. Exo Des Louanges (Clint Vassallo) temm fil-ħames post.

Il-finali tal-Prix De Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze rat lil Falkanor (Cherise Farrugia) jieħu t-tieni rebħa tas-sena wara li mar quddiem propju fl-aħħar metri. Dan qasam il-linja finali l-ewwel mill-favorit Imperial Du Stade (Rodney Gatt), Haquitin (Noel Baldacchino), Emeraude De Bougy (Paul Galea) u Islandais (Jesmar Gafa’).

L-istaġun 2024 hu mistenni li jkompli f’Ottubru li ġej.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.06.2” (1.16.9”) 2. Irga D’Occagnes (N. Baldacchino) 3. Easy Magic (G. Micallef) 4. Himitri Star (J. Spiteri)

II Tiġrija. Klassi Bronze Dist – 1640m. 1. Gaia Lucaxelo (P. Galea) Ħin – 2.02.5” (1.14.7”) 2. Boom Boom Becker (Ch. Camilleri) 3. Quickspin (D. Debono) 4. I Come In Peace (N. Baldacchino)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Simb Trishia (P. Galea) Ħin – 1.60” (1.13.2”) 2. Evita D’Estree (Cherise Farrugia) 3. Forever Du Jouan (C. Vassallo) 4. Vangiskan Scott (J. Zammit)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Raj’s Oh Lord (R. Gatt) Ħin – 2.01” (1.13.8”) 2. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) 3. Ezabiau De Goulet (J.C. Pace) 4. Easy de Trouville (A. Grech)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Venale (P. Galea) Ħin – 2.00.5” (1.13.5”) 2. Quie E Wood (J.P. Farrugia) 3. Cristal Pierji (R. Gatt) 4. Boston Wise L. (I. Stivala)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Shining Armor (C. Caruana Ħin – 2.01.8” (1.14.3”) 2. Shawn Leejs (D. Debono) 3. Defi Nay (Ch. Camilleri) 4. Erwinn de Beaum (P. Galea)

VII Tiġrija. Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Falkanor (Cherise Farrugia) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Imperial Du Stade (R. Gatt) 3. Haquitin (N. Baldacchino) 4. Emeraude De Bougy (P. Galea) 5. Islandais (J. Gafa’)

VIII Tiġrija. Klassi Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Egerie Du Puy (P. Galea) Ħin – 2.35.8” (1.12.8”) 2. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) 3. Hanoucka (Cherise Farrugia) – Half Tege (P. Spiteri) 5. Exo des Louanges (C. Vassallo)
IX Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) Ħin – 2.37.5” (1.13.6”) 2. Iron de Ginai (Ch. Degiorgio) 3. Dreamer Boy (P. Galea) 4. Disco D’Occagnes (N. Baldacchino) 5. Diablo D’Herfaie (J. Gafa’)

X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m.1 . Dario Del Brenta (P. Galea) Ħin – 2.02.4” (1.14.7”) 2. Oro Doc (C. Caruana) 3. Hip Hop Renardiere (N. Barbara) 4. Dennis Rose P.J. (M. Debono)

Ekonomija

Sport