Saturday, December 21, 2024

It-tieni jum tas-summit tal-OSCE.. Attendenza mnaqqsa hekk kif xi delegazzjonijiet diġà telqu

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Illum huwa t-tieni jum tal-31 Konferenza tal-Kunsill Ministerjali tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li fiha qiegħed jiġi diskuss b’mod partikolari s-sigurtà tar-reġjun hekk kif il-Gwerra fl-Ukrajna baqgħet tippersisti. Fil-fatt, ilbieraħ dan is-summit kien iddominat minn appelli biex ir-Russja tirtira mill-Ukrajna.


Fl-aġenda tal-lum ikomplu l-laqgħat bilaterali sakemm kmieni wara nofsinhar issir is-sessjoni plenarja. Is-summit jagħlaq b’konferenza tal-aħbarijiet miċ-Chairperson u Deputat Prim Ministru, Ian Borg, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-OSCE.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport