It-tim nazzjonali tal-Veterani kiseb rebħa ta’ 1-0 kontra Wales Veterans fil-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fil-grawnd tal-Mellieħa. Din kienet it-tieni darba li dawn iż-żewġ naħat iltaqgħu kontra xulxin hekk kif f’Wales il-Maltin kienu ħarġu rebbieħa bl-istess skor.
Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat li pproduċew konfront interessanti.
Il-gowl li ta r-rebħa lit-tim immexxi minn Joe Micallef ġie skorjat fit-tieni taqsima minn Johnny Camilleri.
Malta lagħbet b’din il-formazzjoni: Justin Spiteri (GK), Adrian Lanzon, Malcolm Camilleri, Jonathan Bondin, Steven Bonnici, George Frendo, Kevin Sammut, Bjorn Bondin, Mifsud Triganza, Adam Smeir, Johnny Camilleri. Roderick Debattista kien il-goalkeeper ta’ riserva.
L-impenn li jmiss għall-veterani Maltin issa se jkun fit-30 ta’ Mejju li ġej meta jilqgħu f’darhom lit-Taljani ta’ Parma Cus qabel ma jivjaġġaw fil-Kroazja f’Ġunju sabiex jaffaċċjaw lit-tim mill-istess pajjiż.


