Thursday, December 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Imġarr sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm kien involut f’inċidenti bejn karozza u mutur f’Pembrokè.

Il-pulizija fi stqarrija qalu li hekk kif ġew informati marru mill-ewwel fuq il-post fi Triq il-Burma f’Pembrokè fejn milll-ewwel investigazzjonijiet kien jirriżulta li kienet seħħet ħabtabejn mutur Honda Hornet misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Imġarr u Fiat 500 misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Ħal Għargħur.

Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport