Tuesday, April 28, 2026

Ix-Shareholders tal-MIDI japprovaw il-ftehim mal-Gvern biex Manoel Island u Forti Tignè jingħataw lura lill-poplu

Aqra wkoll

F’laqgħa li ssejħet għax-shareholders tal-konsorzju MIDI ġie approvat il-ftehim milħuq mal-Gvern biex Manoel Island u l-Forti Tignè jingħataw lura lill-poplu.

Kien Gvern Nazzjonalista li kien ta konċessjoni tal-artijiet lill-MIDI għal 99 sena biex jiġi żviluppat.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed li dawn iż-żona kellhom ikunu tal-poplu biex b’hekk fihom isiru park nazzjonali.

Il-Gvern fl-aħħar ġimgħat kien wasal fi ftehim mal-MIDI biex jinħall mill-konċessjoni għas-somma ta’ ta’ €43 miljun. Iżda dan il-ftehim ma setax jidħol fis-seħħ sakemm ix-shareholders japprovawh.

It-Tlieta waranofsinhar saret din il-laqgħa fejn ġew ippreżentati d-dettalji kollha u l-istess shareholders approvaw il-ftehim.

Intant il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali filwaqt li ħabbar li dan il-ftehim ġie approvat qal li din hija “Ħolma oħra għamilniha realtà.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport