Thursday, April 25, 2024

Iżrael iwaqqa’ tliet drones tal-Hezbollah li kienu sejrin lejn riggijiet tal-gass

Aqra wkoll

L-awtoritajiet ta’ Iżrael qalu li waqqgħu tliet drones tal-Hezbollah li allegatament kienu sejrin lejn riggijiet tal-gass li hemm f’żona kkontestata fil-baħar Mediterran.

Uffiċjali militari Iżraeliti qalu li dawn id-drones telqu mil-Libanu u twaqqgħu b’azzjoni immedjata li ttieħdet permezz ta’ ajruplani tal-gwerra. Min-naħa tagħhom il-Hezbollah, fi stqarrija qasira li ħarġu, ikkonfermaw li huma verament kienu bagħtu dawn id-drones.  It-tensjoni bejn Iżrael u l-Libanu dwar iż-żona ta’ Karish – li fiha ħażna kbira ta’ gass – żdiedet sostanzjalment f’dawn l-aħħar xhur. 

Din l-azzjoni min-naħa tal-Hezbollah saret hekk kif ġewwa l-Iżrael qiegħda terġa’ tqum instabbiltà politika fejn għadd ta’ politikanti qed jitolbu li l-parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni oħra – li tkun il-ħames waħda f’erba’ snin. 

Sport