Tuesday, July 21, 2026
Home Internazzjonali Iżrael twaqqaf l-attakki fuq l-Iran wara pressjoni minn Trump

Iżrael twaqqaf l-attakki fuq l-Iran wara pressjoni minn Trump

0
14

Il-midja Iżraelita rrapportat li l-pajjiż mhux se jkompli jwettaq attakki fuq l-Iran u dan wara pressjoni li saret mill-President tal-Istati Uniti.

Matul il-lejl li għadda l-Iran spara diversi rokits lejn Iżrael wara li dawn tal-aħħar komplew bl-attakki tagħhom fuq il-Hezbollah.

Iżda l-President Trump qal li kien hemm xaqq ta’ dawl fi ftehim mal-Iran biex dan qatt aktar ma jkollu armi nukleari u għalhekk ħeġġeġ lil Iżrael biex ma jkomplux iwettqu attakki mill-ajru b’ritaljazzjoni għal dak li wettaq l-Iran.