Il-Kap Eżkekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-bidu tat-titjiriet bejn l-Ajruport Internazzjonali John F. Kennedy fi New York u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, Micallef qal: “Kuntenti ħafna. Ilna naħdmu għaliha snin, li jkollna titjira diretta minn airline Amerikana lejn Malta. Ħdimna għaliha, ħabbarniha ftit xhur ilu u issa saret realtà.
“Kelli x-xorti li nkun fuq l-ewwel titjira lejn Malta. Tlaqna l-Ħadd filgħaxija minn New York (11.00 p.m. ħin ta’ Malta) u wasalna t-Tnejn għall-ħabta tat-8.15 a.m.. Titjira dirett mimlija b’ħafna nies u li lesti jiskopru lil pajjiżna,” qal Micallef.


