Wednesday, May 20, 2026

Jacques Scerri m’għadux kowċ ta’ Tarxien Rainbows

Aqra wkoll

Jacques Scerri m’għadux kowċ ta’ Tarxien Rainbows.

F’kitba fuq il-mezzi soċjali huwa qal:

“Wara kważi erba’ snin fit-tmexxija, il-perjodu tiegħi ma’ Tarxien Rainbows FC intemm.”

“Xi vjaġġ kien dan – milli ksibna promozzjoni diffiċli għall-Premier League, kontra kull probabbiltà, sal-wasla tas-Semi-Finali tal-Jubilee Cup, sat-tentattiv tal-akbar rimonta improbabbli b’sensiela ta’ seba’ logħbiet mingħajr telfa u ġiegħelna nilħqu r-relegation decider – sfortunatament ma lħaqniex it-tagward finali. Kburi bl-isforz, l-impenn u r-reżiljenza li lkoll tajna sal-aħħar nett – qatt ma qtajna qalbna minkejja l-ostakli kollha!”

“Grazzi kbira lill-assistenti leali tiegħi Matthew Tabone, Renald Bugeja li mbuttaw sal-limiti tal-eżawriment fiżiku u mentali – għall-appoġġ u l-impenn sod tagħhom. Ukoll lill-membri l-oħra tal-istaff tekniku Godwin Gatt, Roderick Agius, David Mangion, Willgon Baldacchino u Dillon Mercieca talli wettqu l-kompiti diffiċli u eżawrjenti kollha u lill-players kollha talli taw kollox b’mod pożittiv – billi sfidaw u stimulaw lil xulxin.”

“Ringrazzjament speċjali jmur lill-President Tony Cassar, Anton Tabone, John Vella, Neil Portelli, Alistair Avallone, il-kumitat kollu, Svet Lana u Duncan D’Amato, Brian Galea, għall-fiduċja u l-appoġġ tagħhom matul il-mandat tiegħi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-familja kollha tiegħi – għall-paċenzja u l-appoġġ kostanti tagħhom fil-mumenti tajbin iżda speċjalment f’dawk diffiċli.”

“Fl-aħħar nett, nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-partitarji kollha ta’ Tarxien Rainbows FC għall-appoġġ kollu tagħhom matul dan il-vjaġġ anke fil-mumenti diffiċli.

“Nawgura sinċerament lil Tarxien Rainbows FC u speċjalment lill-partitarji tagħhom u lis-suċċessur tiegħi l-isbaħ xewqat – jien ċert li b’enerġija u entużjażmu mġedded il-futur huwa sabiħ!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport