Jonathan Andres Sosa Carvajal ta’ 35 sena ammetta li weġġa’ raġel ieħor waqt argument f’lulanda f’Tas-Sliema. Hu wieġeb mill-ewwel ħati għall-akkużi li kkaġuna feriti fuq dan ir-raġel.
Il-Pulizija qalet li kienet irċiviet telefonata dwar l-argument. L-avukat difensur qalet li minkejja kull akkużat u anke li ammetta, xorta waħda Sosa Carvajal hu l-vittma u mhux l-aggressur.
Il-Qorti lliberat lir-raġel bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 6 xhur.