Saturday, December 21, 2024

Jammetti serq minn fuq żewġ anzjani u li weġġa’ wieħed minnhom

Aqra wkoll

Żagħżugħ Sirjan tressaq fil-Qorti fejn ammetta li f’temp ta’ tlett ijiem flimkien ma’ persuna wettaq żewġ serqiet minn fuq żewġ anzjani. Wieħed mill-anzjani weġġa’ ħafif. 

L-ewwel serqa seħħet fit-3 ta’ Diċembru fi Triq il-Kapuċċini, il-Marsa. Fil-Qorti ntqal li l-anzjan ta’ 71 sena pprova jirreżisti lill-imputat, Obaid Alsaleh ta’ 21 sena residenti l-Ħamrun, u spiċċa biex sofra ġrieħi ħfief.

Alsaleh, li fil-Qorti qal li jaħdem bħala kaħħal, ammetta wkoll li fis-6 ta’ Diċembru wettaq seraq mobile phone ta’ anzjan ta’ 64 sena fil-Ħamrun. L-akkużat kien arrestat fid-dar tiegħu wara li kien rikonoxxut minn filmati tas-CCTV. 

Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, is-Sirjan ġie mixli wkoll li kiser il-provvedimenti ta’ sentenza sospiża mogħtija fis-16 ta’ Ġunju li għadda u li sar reċediv. 

Id-Difiża talbet li qabel tingħata s-sentenza jsir pre-sentencing report fil-konfront tal-imputat, liema talba ġiet milqugħa mill-Qorti. 

Il-kawża ġiet differita għat-Tnejn 21 ta’ Frar fin-nofsiegħa. Sadanittant, huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Roderick Attard. L-Avukat Charmaine Cherrett deher għal Alsaleh. 

Ekonomija

Sport