Sunday, December 22, 2024

Jeħel multa talli daqq mużika għolja fis-2.00am u qajjem lir-residenti

Aqra wkoll

Kien fl-2019 meta Frank Calleja ġie mixli u anke nstab ħati li daqq mużika b’volum għoli fis-2.00am f’San Pawl il-Baħar. Hu kien appella minn din is-sentenza, iżda l-Imħallef Neville Camilleri li sema’ dan l-appell ikkonferma l-multa.

Kien f’Novmebru tal-2019 meta l-ħati kien qed f’pub li jinsab fi Triq it-Tamar. Hu kien tefa’ l-mużika wara li uffiċjali tal-pulizija kienu marru fuq il-post wara rapport li kien daħal.

Mill-permessi tal-pub ma hemm l-ebda permess li dan seta’ jdoqq mużika għolja f’dawk il-ħinijiet.

L-akkużat kien qed jgħid li meta seħħ il-każ hu ma kienx preżenti fil-ħantu u għalhekk ma seta’ jagħmel xejn biex iwaqqaf il-mużika. Però peress li l-permess jinsab fuqu, xorta waħda l-pulizija ressquh il-Qorti. Hu sostna li kienet il-mara li kienet xogħol dakinhar u għalhekk hi kellha titressaq il-qorti.

Minkejja dawn l-argumenti, l-Imħallef xorta waħda sabu ħati u kkonferma l-multa.

Ekonomija

Sport