Wednesday, March 27, 2024

“Jekk qatt kien hemm dubju li Grech ma jmexxix il-PN qed jinqata’ ma’ kull jum li jgħaddi” – PL

Aqra wkoll

B’referenza għall-istqarrija maħruġa dalgħodu mill-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li jekk qatt kien hemm dubju li Bernard Grech ma jmexxix il-Partit Nazzjonalista qed jinqata’ ma’ kull jum li jgħaddi. 

Fi stqarrija, il-PL qal li ftit iktar minn 12-il siegħa wara li Repubblika qalulu li kellu joġġezzjona għall-irwol ta’ Rosianne Cutajar fuq il-kumitat għas-saħħa tal-Parlament, Bernard Grech ħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jirtira mill-kumitat. 

Il-PL aċċenna għall-fatt li Repubblika kitbu “Nistagħġbu kif l-Oppożizzjoni ma oġġezzjonatx għal din il-ħatra u nistennew li tispjega l-pożizzjoni tagħha,” kitbu Repubblika.

Għal dan il-PL qal li għal darb oħra Bernard Grech wieġeb ‘Yes Sir’ minnufih u ħabbar li issa l-Partit Nazzjonalista se jibbojkotja l-kumitat.

Il-PL qal li d-deputat Rosianne Cutajar ħallset prezz politiku b’riżenja mill-eżekuttiv. Żied jgħid li għalhekk l-aġir tal-Partit Nazzjonalista llum hu aġir li jixhed partit li jrid biss ikisser u mhux jipproponi.

“Fuq kollox dan hu aġir ta’ Kap li kull darba jfakkruh x’qalulu meta tawh is-siġġu. Kienu wissewh li jkollhom ifittxu lil xi ħaddieħor jekk ma jgħamilx kif jogħġob lilhom,” temm jgħid il-PL .

Ekonomija

Sport