Sunday, December 29, 2024

Jgħodduha b’waħda wara ħabta head-on f’Bormla

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma weġġa’, wara li aktar kmieni llum seħħet ħabta bejn karozza u karozza tal-linja fi Triq San Ġwann Tuxa f’Bormla.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-ħabta kienet waħda head-on bejn karozza tat-tip Subaru J10 u karozza tal-linja.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda fortunatament ħadd ma kellu bżonn l-għajnuna medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport