Saturday, December 21, 2024

Jhedded lil martu tqila li jtiha f’żaqqha jekk ma tobdihx

Aqra wkoll

Abhishek Kumar, Indjan ta’ 27 sena residenti ż-Żejtun, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat bi vjolenza domestika fuq martu.

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, il-Prosekuzzjoni qalet li Kumar ried li martu tibqa’ miegħu f’ħanut tax-xorb f’Tas-Sliema u dan minkejja li qaltlu li kienet għajjiena u riedet tmur lura d-dar.

Skont dak li ntqal fil-Qorti, allegatament il-mara baqgħet tgħid lill-żewġha li jitilqu lura lejn id-dar, fejn l-akkużat beda jgħajjat u jtiha fuq wiċċha. Wara, allegatament Kumar ġiegħel lil martu tpoġġi fuq bank u qallha li jekk ma tobdihx kien se jibda jagħtiha daqqiet bil-ponn f’żaqqha.

Il-mara għandha erba’ xhur tqala.

Il-Prosekuzzjoni qalet li persuna li kienet fil-viċin ipprovat tiddefendi lill-mara hekk kif rat lill-akkużat isir aggressiv. Hu ġie akkużat li hekk kif waslu l-Pulizija fuq il-post m’obdiex l-ordinijiet tagħhom.

L-Indjan li qal li ma jaħdmix ċaħda l-akkużi kollha kontrih. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Maġistrat Rizzo ċaħdet din it-talba. Hekk kif sema lill-Maġistrat tagħti d-digriet tagħha li għandu jibqa’ jinżamm arrestat, ir-raġell infexx jibki fl-awla. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ ħarsien favur il-vittma.

Ekonomija

Sport