Thursday, April 17, 2025

Jibqgħu mfittxija l-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira 

Aqra wkoll

Il-wirjiet relatati mal-Ġimgħa l-Kbira jibqgħu element importanti fl-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ħafna mix-xogħlijiet ta’ minjaturi ta’ statwi u anke vari li hemm imxerrda f’dawn il-wirjiet ġew maħduma lokalment u għalhekk huwa xieraq li wieħed japprezza l-arti u l-ħila ta’ dawn in-nies dedikati.

Dawn il-wirjiet m’għadhomx biss isiru mill-għaqdiet reliġjużi imma anke nies privati fid-djar tagħhom stess. Xhieda ta’ kemm il-Ġimgħa l-Kbira hija importanti u prominenti fil-kalendarju Nisrani tal-Knisja Kattolika.

L-Orizzont ħa l-okkażjoni biex f’dawn il-jiem iżur uħud minn dawn il-wirjiet fosthom dik imtella’ fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, oħra mtella’ mill-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ta’ Birkirkara u wirja minn John Sciberras fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport