Wednesday, April 24, 2024

Jiċħad li ntbagħat xi fuljett “qarrieqi” minnu jew min-nies tiegħu

Huwa talab apoloġija lil kull Laburist li forsi weġġa’ b’kummenti li ttieħdu barra mill-kuntest

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis għadu kemm ġie infurmat li hemm fuljett qarrieqi li qiegħed jintbagħat fuq it-Tmien Distrett, liema fuljett jidher li huwa ffirmat minnu u mingħut minnu.

Il-Ministru Zammit Lewis ċaħad kategorikament li dan il-fuljett intbagħat minnu jew min-nies tiegħu. Qal li huwa ċar li dan huwa parti minn kampanka organizzata biex ikun hemm assassinju politiku tal-karattru tiegħu – liema kampanja qal li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat u qed twassal għal tbatija għalih u għall-familja tiegħu.

Filwaqt li talab apoloġija lil kull Laburist li forsi weġġa’ b’kummenti li ttieħdu barra mill-kuntest, il-Ministru qal li se jibqa’ jkun ta’ servizz għalihom u għall-Partit Laburista.

Sport