Thursday, April 25, 2024

Jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

Il-karozza tal-għamla Mazda Demio kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti l-Kalkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00a.m. fi Triq il-Vittmi Furjaniżii tal-Gwerra, il-Furjana.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport