Tuesday, December 24, 2024

Jindarab serjament wara inċident bil-mutur fil-Mosta

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.00a.m. żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fi Triq Valletta, il-Mosta.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Taljan ta’ 28 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, Honda CB600F u waqa’. Passiġġier fuq l-istess mutur kien hemm Taljan ta’ 30 sena residenti l-Mosta.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Iktar tard ix- xufier ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament filwaqt li l-passiġġier ma sofra l-ebda ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Lara Lanfranco, fejn ħatret diversi esperti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport