Thursday, April 18, 2024

Il-PM jżid fil-fiduċja filwaqt li Grech jerġa’ jnaqqas – stħarriġ

Aqra wkoll

Stħarriġ ieħor wera li l-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela kompliet tiżdied bl-istess stħarriġ juri li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ 45,000 vot li jfisser li huwa l-akbar distakk għal din is-sena.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-ġurnal lokali Maltatoday li fl-istess waqt juri li ll-fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għal darb’oħra reġgħet naqset.

Hekk kif kull xahar il-Maltatoday tippubblika stħarriġ, l-istħarriġ ta’ dan ix-xahar juri li bejn iż-żewġ mexxejja tal-partiti hemm l-akbar distakk.

Il-fiduċja fil-Prim Ministru hija kważi d-doppju ta’ Grech hekk kif l-istħarriġ juri li Abela huwa fdat minn 51.1% iżda Grech kiseb biss il-persentaġġ ta’ 26.5%.

Meta wieħed iqabbel l-istħarriġ ta’ dan ix-xahar ma’ dak tax-xahar preċedenti joħroġ il-fatt li Abela żied b’2% filwaqt li Grech naqas b’1.5%.

Meta wieħed jieħu kemm żied l-appoġġ f’sena, ġie spjegat li l-appoġġ f’Abela żied b’9% u dak fi Grech naqas bi 8%.

Apparti mill-fatt li Abela huwa fdat iżjed minn Grech f’kull kategorija t’età, Abela jgħaddi lil Grech bi kważi 20% fil-kategorija ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u l-35 sena u b’29% fil-kategorija ta’ dawk li għandhom bejn il-51 u l-65 sena.

Ekonomija

Sport