Saturday, December 21, 2024

Jindarab serjament wara li waqa’ minn fuq sellum f’San Ġwann

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Anzjan indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza fi Triq il-Fuxa f’San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li anzjan ta’ 73 sena residenti San Ġwann stess, waqa’ madwar sular minn fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport