Hekk kif intemmet il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-żebbuġ, inġabru total ta’ 997 flixkun tal-plastik matul il-ġimgħa tal-festa. Ħabbar dan il-Kunsillier Steve Zammit Lupi, fis-sigħat li għaddew.
Huwa spjega kif dawn il-fliexken issa ser jiġu riċiklati minflok jintremew fil-miżbla. Huwa rringrazzja lil kull min għamel użu mill-kaxxa speċjalment lit-tfal li għalihom kienet xi ħaġa differenti u ta’ interess li pparteċipaw.
L-għaqda Żibel irringrazzjat lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-żebbuġ tal-kooperazzjoni u s-sapport tagħhom li wrew f’din l-inizjattiva.
Aktar kunsilli qed jiġu mħeġġa li jagħmlu dan biex b’hekk tkun tista’ titqajjem aktar kuxjenza fuq is-separazzjoni tal-iskart.