Saturday, December 21, 2024

Jingħata bidu għal Christmas in the Capital fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, taw bidu għall-programm Christmas in the Capital bil-mixegħla tad-dwal tal-Milied tul Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti.

Saret ukoll l-inawgurazzjoni tas-siġra tal-Milied armata quddiem il-Parlament, u ta’ presepju fi Pjazza San Ġwann. Wara mbagħad tnieda filmat mużikali b’kanzunetta oriġinali tal-Milied u saret prestazzjoni qasira minn The Travellers, Michela, Ira Losco u Gianluca Bezzina.

Christmas in the Capital huwa miżgħud b’avvenimenti mill-isbaħ għall-familja kollha li bdew illum u se jibqgħu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru.

Dawn l-attivitajiet jinkludu purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin, workshops għat-tfal fil-Valletta Design Cluster, prestazzjonijiet taż-żfin minn Dancel Dance Studio, stilt walkers, korijiet u kunċerti mużikali minn numru ta’ gruppi u kantanti popolari li jinkludu Centrestage Children’s Choir, Sean u Veronique, RIONA, Opening Doors, EnKor, Malta School of Music, KorMalta, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, u oħrajn.

Ekonomija

Sport