Sunday, December 22, 2024

Jingħata sentenza sospiża wara li ta daqqa ta’ invell lil l-missier il-ġar

Aqra wkoll

Wayne Borg ingħata sentenza sospiża wara li nstab ħati li weġġa’ lil ġar tiegħu billi tah daqqtejn ta’ invell. Borg kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ ommu fejn kienu akkużati li darbu missier il-ġar tagħhom meta daħlu fuqu.

Dan il-każ kien seħħ fl-2019 meta raġel kien qed jagħmel xi xogħol fid-dar ta’ ibnu. Skont dak li ntqal fil-qorti, minħabba dawn ix-xogħlijiet kien bdiet issirilhom ħsara fil-madum tal-kċina u l-akkużat ma setax jaċċetta dan.

Min-naħa tiegħu l-vittma qal quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li hu kien qiegħed jagħmel xogħol fil-kamra tal-banju fid-dar tat-tifel tiegħu. Xehed li f’daqqa waħda sab raġel ma’ wiċċu minkejja li l-bieb ta’ barra kien magħluq.

Il-vittma qal li kien staqsieh x’kien qed jagħmel hemm u dan qallu li hu jagħmel li jrid. Kien talbu biex joħroġ ‘il barra, iżda l-akkużat qabel xkupa u beda jxejjer il-lasta tagħha.

Kompla jixhed li dak il-ħin daħal ibnu, l-akkużat u anke martu. Kien f’dak il-ħin li Borg qabad invell u tah daqqtejn bih f’rasu u fetaħlu moħħu minn quddiem u wara

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li kemm l-iben u anke l-omm ċaħdu li xi ħadd ta lill-vittma b’xi għodda. Iżda mal-Pulizija, l-imputat, stqarr li meta mar iferraq lir-raġel milli jkompli jagħti lill-ġenituri tah b’zappun u laqtu bil-manku.

Il-Maġistrat ma sabitx lill-omm ħatja li weġġgħet lir-raġel u dan minħabba nuqqas ta’ provi, iżda sabet lil binha ħati. Meta qieset il-kondotta nadifa tiegħu u l-gravità tal-feriti li ġarrab il-vittma meta safa aggredit f’daru stess. Hija tagħtu 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

Ekonomija

Sport