Sunday, May 5, 2024

Jinħarġu aktar persuni mejtin wara li ġġarraf aktar bini fit-terremot tal-bieraħ fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili reġgħu qegħdin jiġġieldu kontra l-ħin biex jinħarġu persuni minn taħt it-tifrik. Dan hekk kif ilbieraħ filgħaxija l-art Torka reġgħet ġiet mħeżża minn terremot qawwi ieħor.

L-awtoritajiet Torok qegħdin jgħidu li s’issa nstabu sitt persuni mejtin filwaqt li ħafna oħrajn għadhom taħt it-tifrik. Il-ħaddiema qegħdin jagħmlu dak kollu posibbli biex mill-aktar fiss jinħarġu l-persuni ħajj

S’issa bit-terremoti kollha li seħħew fit-Turkija u s-Sirja mietu aktar minn 47,000 persuna, eluf ta’ djar ġew meqrudin, filwaqt li eluf ta’ persuni tilfu kulma kellhom.

Il-Ministru tas-Saħħa Tork Fahrettin Koca kkonferma mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali li b’kollox s’issa hemm aktar minn 300 persuna li sofrew ġrieħi filwaqt li 18 minnhom jinsabu fil-periklu tal-mewt. Il-Ministru kkonferma wkoll li s’issa nħarġu sitt persuni mejtin.

Sport