Tuesday, April 30, 2024

Jinqalbu bil-vettura tal-Protezzjoni Ċivili huma u sejrin jassistu inċident f’Ħal Qormi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Vettura tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili nqalbet waqt li kienet sejra fuq inċident li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 p.m wara li vann inqaleb f’gandott fil-Wied ta’ Ħal Qormi.

L-inċident seħħ fi Triq San Tumas f’Ħal Luqa, direzzjoni Ħal Qormi u konsegwentament din it-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku.

Dan is-sit jinsab infurmat li fil-vettura kien kien hemm tliet uffiċjali li kellhom jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi ħfief li sofrew.

Jidher li fortunatament fl-inċident ta’ Ħal Qormi ma kienx hemm persuni li sofrew ġrieħi.

Sport