Monday, May 6, 2024

Jinqatel ġurnalist Ukren waqt li kien qed jirraporta l-gwerra

Aqra wkoll

Is-suspetti kollha huma fuq il-forzi Russi wara li lbieraħ inqatel Bogdan Bitik ġurnalist Ukren li kien qed jivjaġġa biex jirraporta l-gwerra mal-ġurnalist Taljan ta’ La Repubblica, Corrado Zununo. Dan tal-aħħar kellu jittieħed l-isptar fejn qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Iż-żewġ ġurnalisti kienu qegħdin jaħdmu fuq storja flimkien u kienu qegħdin jivvjaġġaw fil-belt ta’ Kherson. Jirriżulta li Bitik ġie maqtul fi sparatura mill-forzi Russi permezz ta’ sniper.

Il-ġurnalist Taljan waqt li kien qiegħed jitkellem mal-kollegi tiegħu fl-Italja mis-sodda tal-isptar qal li hu flimkien mal-kollega tiegħu kienu għaddew 3 checkpoints ikkontrollati mill-forzi Ukreni meta f’daqqa waħda xi ħadd spara u nqatel Bitik.

“Smajt ħoss ta’ sparatura u rajt lil Bitik mal-art,” qal Zunino.

Diversi ġurnalisti madwar id-dinja qegħdin jibgħatu kondoljanzi lill-familja kif ukoll joħorġu stqarrija ta’ kundanna minħabba dan il-qtil. S’issa l-Gvern Russu ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan il-każ.

Sport