Tuesday, May 14, 2024

Raġel jinżamm arrestat wara li ġie akkużat bi vjolenza domestika fuq ommu u ħutu

Aqra wkoll

Jean Claude Cassar li għandu 29 sena li qal li jgħix il-Marsa ġie mixli bi vjolenza domestika fuq ommu u ħutu waqt li kien fir-residenza tal-familja fil-Kalkara.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Skont dak li ntqal fil-qorti hu għamel ħsara kbira fuq l-għamara u tagħmit fid-dar, werwer lil ommu kif ukoll weġġa’ ħafif lil ħutu li huma iżgħar minnu.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-kbir minħabba li għad baqa’ diversi xhieda li għad iridu jixhdu. Huma qalu wkoll li l-akkużat għandu problema kbira tad-droga.

Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fejn ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs li l-akkużat jinżamm fit-Taqsima Forensika fl-Isptar Monte Carmeli.

Sport