Thursday, December 26, 2024

Jinsab fil-periklu tal-mewt il-Franċiż li weġġa’ f’Kemmuna … tinfetaħ inkjesta

Aqra wkoll

Talk News jinsab imformat li l-kundizzjoni tal-ġuvni Franċiż li aktar kmieni waranofsinhar weġġa’ f’Kemmuna qalbet għall-agħar.

Il-pulizija mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom biex jistabbilixxu eżatt x’wassal biex il-Franċiż jaqa’ 3 metri, u jibqa’ jitkaxkar. Sorsi qrib il-pulizija t’Għawdex qalulna li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-ġuvni kien qiegħed jixxabbat mal-blat bil-konsegwneza li waqa’.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech qiegħda tmexxi l-inkjesta.

Aktar kmieni: Kien għall-ħabta tas-1.45 meta Franċiż ta’ 19-il sena waqa’ għoli ta’ 3 metri u baqa’ jitkaxkar fuq il-blat ta’ Kemmuna. Jirriżulta li l-Franċiż kien qiegħed ma’ xi ħbieb fuq il-post.

Mill-ewwel marru ħdejn lifegaurds tal-ERRC fejn biex jagħtuh l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed b’dgħajsa tal-istess ERRC lejn il-port tal-Imġarr f’Għawdex fejn kien hemm tim mediku b’ambulanza.

Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn qiegħed jingħata l-għajnuna medika, hekk kif jidher li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Ekonomija

Sport