Wednesday, May 13, 2026

Jinstabu 3 katavri ‘l barra mill-kosta ta’ Brighton fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-Pulizija ta’ Sussex qalu li kienu ġabru 3 katavri ta’ nisa li kienu jinstabu ‘l barra mill-kosta ta’ Brighton fir-Renju Unit.

Kien għall-ħabta tas-5.45am meta s-servizz tal-emerġenza ġew informati li kien hemm xi persuni fil-baħar. Fuq il-post marru timijiet mediċi b’ambulanza li pprovaw jagħmlu dak kollu posibbli biex jgħinu lill-vittmi, iżda huma ġew iċċertifikati fuq il-post.

Il-Kap Supretendent Adam Hays, waqt li kien qiegħed jindirizza lill-midja qal li dan hu inċident traġiku u l-investigazzjonijiet għandhom fi stadju bikri. Qal li l-identità tan-nisa s’issa għadha mhix magħrufa u għalhekk għaddejja investigazzjonijiet dwar dan ukoll.

Ikkonferma mal-midja li l-gwardji tal-kosta mhux qegħdin ifittxu aktar persuni hekk kif kien hemm suspetti li kien hemm aktar persuni fil-baħar. Hays qal li l-Pulizija qegħdin jaraw ammont kbir ta’ filmati ta’ CCTV biex jistabilixxu x’ġara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport