Tuesday, May 14, 2024

Jinstabu l-katavri taż-żewġ qassisin u gwida li nqatlu minn gang fil-Messiku

Aqra wkoll

Il-pulizija Messikana qalu li sabu l-katavri taż-żewġ qassisin u l-gwida tat-turisti li kienu sfaw maqtula fi knisja fit-Tramuntana tal-Messiku.

L-omiċidji kienu seħħew nhar it-Tnejn li għadda fl-istat ta’ Chihuahua wara li allegatament dawn it-tliet persuni spiċċaw f’konfrontazzjoni ma’ traffikant tad-droga li ilu żmien imfittex mill-awtoritajiet. 

Il-każ seħħ hekk kif il-gwida, Pedro Palma, għal xi raġuni kien qiegħed jipprova jaħrab minn gang armat u dan daħal fi knisja fil-belt ta’ Cerocahui biex ifittex refuġju. Hekk kif il-membri tal-gang daħlu f’din il-knisja żewġ qassisin – Ġiżwiti Javier Campos u Joaquín Mora – ipprovaw jintervjenu u jikkalmaw is-sitwazzjoni iżda dan kien kollu għal xejn hekk kif il-persuni armati qatlu lit-tlieta li huma.

 Wara huma kienu għabbew il-katavri fuq trakk pickup u telqu bihom. Apparti dan, il-President tal-Messiku qal ukoll li f’dan l-istess każ gang ħataf żewġ persuni – waħda minnhom mart Palma – u s’issa dawn għadhom irrapportati nieqsa. 

Qassis ieħor li kien fil-knis­ja u ra kollox meta kien mistoħbi identifika wieħed mill-membri tal-gang u b’hekk sar magħruf li dan hu individwu ilu mill-2018 jiġi mfittex mill-awtoritajiet wara qtil ta’ turist Amerikan. 

Min-naħa tiegħu, Papa Franġisku kkundanna bil-qawwa dan il-qtil. 

Sport