Monday, June 15, 2026

Jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Uniti u Iżrael

Aqra wkoll

Il-lejl li għadda l-Prim Ministru Pakistani Shehbaz Sharif ħabbar li l-Istati Uniti u l-Iran kienu laħqu ftehim u dan ifisser li jkun hemm waqfien mill-ġlied b’mod immedjat u permanenti. Dan il-ftehim jgħodd ukoll għal kull front li fih kien hemm il-ġlied fosthom fil-Libanu.

Ħabbar ukoll li ċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-ftehim se ssir fis-19 ta’ Ġunju fl-Iżvizzera.

Ftit minuti wara l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-ftehim bejn l-Iran u pajjiżu kien komplut u se jiġi ffirmat fil-ġranet li ġejjin.

Trump qal li b’dan il-ftehim l-Strait of Hormuz se jerġa’ jinfetaħ b’mod immedjat u ħadd mhu se jħallas biex jgħaddi u min-naħa tal-Istati Uniti se nteħħi kull imblokk fil-portijiet Iranjani.

Id-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan Kazem Gharibabadi kkonferma wkoll li kien hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat u dan se jiġi ffirmat nhar il-Ġimgħa li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport