Monday, June 15, 2026

Ikkontrollati nirien li ħakmu kamra qalb l-għelieqi f’Ħad-Dingli

Aqra wkoll

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati f’ħidma biex jikkontrollaw nar li ħakem kamra qalb l-għelieqi f’Ħad-Dingli. 

Il-pumpiera mill-Istazzjonijiet tat-Tifi tan-Nar 1 u 4 intbagħtu fuq il-post fejn wettqu operazzjoni delikata biex ikkontrollaw in-nar b’suċċess u jipprevjenu aktar eskalazzjoni. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Protezzjoni Ċivili rringrazzjat lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, lill-Korp tal-Pulizija, lil Transport Malta u lil Enemalta plc għall-assistenza imprezzabbli u l-appoġġ kontinwu tagħhom matul l-operazzjoni. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport