Tuesday, June 16, 2026

“Minn fejn ġejjin dawn l-annimali kollha? 

– Dr Ariane Aquilina, l-unika Maltija li taħdem ma’ Four Paws

Aqra wkoll

… Qegħdin jiġu importati jew jitwieldu f’pajjiżna?”

Minn fejn ġejjin dawn l-annimali kollha? Qegħdin jiġu importati jew jitwieldu f’pajjiżna?”

Hekk stqarret magħna Dr Ariane Aquilina, l-unika Maltija li taħdem ma’ FOUR PAWS, global animal welfare organisation li taħdem ma’ annimali li huma taħt il-ħakma tal-bniedem.

Malta | 2026 06 04 | Vet check and castration on big cats in private keeping on Malta. Day 3 vet-check and castration on leopard and tiger.

Dr Aquilina fl-intervista li saret magħha waqt li kienet f’pajjiżna titkellem magħna dwar iż-żoo li hawn madwar id-dinja u aktar minn hekk dwar qtates kbar u orsijiet li qegħdin jinżammu fi djar privati.

Four Paws

Il-persuna li verament tħobb l-annimali, tant li telqet il-karriera ta’ avukat biex tiddedika ħajjitha għal dawn il-ħlejjaq tgħidilna li FOUR PAWS hija organizzazzjoni internazzjonali li taħdem f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Bħala project manager mal-FOUR PAWS, Dr Ariane torganizza rescues u vet missions f’pajjiżi differenti inkluż ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakja, u l-Arġentina . 

Titkellem b’mod ċar mill-ewwel li l-organizzazzjoni li taħdem magħha tħares il-benessi tal-annimali li huma taħt l-influwenza tal-bniedem. “Naħdmu ma’ tigri, leopardi, iljuni u orsijiet li jkunu qegħdin jinżamm għand xi ħadd b’mod privat u dan mhux bilfors f’xi żoo. Inħobb kull tip ta’ annimal, inkluzi klieb uqtates, iżda fil-ħidma tiegħi ma’ FOUR PAWS, naħdem  ma’  dawn l-annimali l-kbar,” tgħidilna Dr Ariane Aquilina.

Tkompli tgħid li l-għan ewleini tal-organizzazzjoni hija li ntejbu l-kundizzjoni­jiet li jgħixu fihom l-annimali kif ukoll inaqqsu t-tkattir tal-qtates kbar u orsijiet li qegħdin jinżammu mill-bniedem u b’hekk tonqos il-popolazzjoni tagħhom fid-djar privati. “Importanti niftakru li dawn l-annimali meta qegħdin jinżammu mill-bniedem, mhumiex qed jagħmlu xi vantaġġ għal dawk li qegħdin fis-selvaġġ. Ħafna jaħsbu li dan huwa l-każ imma tigra li qed tinżamm fi dar privata mhux qed tagħmel tajjeb għal popolazzjoni tat-tigri fis-selvaġġ. 

“Qiegħda nitkellem b’mod ġenerali madwar id-dinja u mhux għal Malta jew xi pajjiż partikolari. Dawn l-annimali jbgħatu ħafna meta jkunu jinżamm mill-bniedem. Ngħid li madwar id-dinja kollha għad ma hemmx regoli kif suppost biex din l-attività tiġi kkontrollata. Nerġa’ ngħid din hija xi ħaġa madwar id-dinja kollha,” itenni Dr Aquilina.

Titkellem ukoll dwar ħidma oħra li ssir minn FOUR PAWS fejn qalet li parti mix-xogħol tagħhom “hu li nsalvaw l-annimali meta jkun hemm xi talba minn xi awtorità ta’ pajjiż. Dawn jittieħdu fis-santwarji tagħna li għadna madwar id-dinja u hemm nagħtuhom ħajja aħjar. Nagħmlu wkoll VET missions biex inkomplu nilħqu l-għan tagħna li l-annimali ‘big cats’ u orsijiet li jinsabu taħt il-ħakma tal-bniedem ikomplu jonqsu,” tgħid Aquilina.

Waqt l-intervista, stajna nindunaw li Ariane hija professjonali f’dak kollu li tgħid, taf is-suġġett tajjeb ħafna u anke diversi liġijiet li hemm għal benessi tal-annimali madwar id-dinja kollha.

“Il-prijorità tagħna hija li nsewwu lill-annimali u wkoll li ngħinu lis-sid li qiegħed iżomm lil dak l-annimal biex ibiddel u jirranġa xi affarijiet biex il-post ikun aktar aħjar għall-istess annimal.

Żoo u djar privati

Nistaqsu lil Ariane jekk taqbilx ma’ żoo li fihom jinżamm l-annimali biex il-pubbliku jmur jarhom. “Irrid ngħid li jien l-għan tiegħi mhux li nitkellem kontra ż-żoos, iżda li nara li l-annimali li hemm fl-istess żoo jkunu miżmumin tajjeb. 

“L-ambjent ta’ żoo u ambjent ta’ dar huwa kompletament differenti. Rajt ħafna żoos li jżommu lill-annimali f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna. Mhux qiegħda ngħid li żoo m’għandux valur, iżda hemm bżonn regolamenti aktar tajbin u infurzar ferm aħjar biex dawn jiġu regolati,” tgħidilna l-persuna li taħdem kuljum b’risq l-annimali, filwaqt li terġa’ tfakkarna li dak li qiegħda tgħid mhux qegħdin tirreferi għal Malta jew xi pajjiż partikolari.

“Jien aktar milli nitkellem dwar jekk għandux ikun hemm żoos fid-dinja, aktar irrid nitkellem dwar il-kundizzjonijiet li qegħdin jinżamm fihom l-annimali. Irrid infakkar li kull annimali għandu bżonn kundizzjonijiet partikolari għalih. Kull speċi għandha l-bżonnijiet tagħha allura ma tistax taqta linja u tgħid dak iż-żoo tajjeb jew dak iż-żoo ħażin. Trid tara li l-benessi ta’ kull annimali jkunu kif suppost,” tistqarr magħna Dr Ariane.

Nistqsuha dwar l-annimali ‘big cats’ li qegħdin jinżammu fid-djar privati. Hu fatt magħruf li f’pajjiżna hawn ħafna persuni li għandhom tiġri, iljuni, leopardi u orsijiet fid-djar privati tagħhom.

“Nista’ ngħidlek li ċertu speċi ta’ annimali m’għandhomx jinżammu fi djar privati. Mhux biss minħabba l-problema ta’ kundizzjonijiet li jinżamm fihom, iżda ċertu annimali huma perikolużi ħafna biex jinżamm fi djar,” tgħidilna l-esperta f’dan il-qasam.

Dan kollu tikkonfermah bl-esperjenza tagħha hekk kif tgħid li “naraw ħafna annimali ‘big cats’ li jkunu fid-djar u meta morru naraw humiex qegħdin jinżammu f’kundizzjonijiet tajbin nindunaw li dawn huma bla dwiefer. Din hija krudeltà… U minn hemm tinduna li ċertu nies qegħdin iżomm dawn it-tip ta’ annimali meta ma humiex ippreparati li jżommuhom,” filwaqt li terġa’ tkun skjetta ħafna li ċertu annimali hi ma taqbilx li jinżammu fid-djar privati. 

Is-sitwazzjoni f’Malta

F’intervista ta’ aktar minn 45 minuta, ma stajnix ma nitkellmux ma’ Ariane dwar pajjiżna. Bla tlaqlieq tgħid li għalija b’mod personali huwa ta’ tħassib kbir li f’Malta hawn ammont ta’ annimali “u mhux qegħdin nitkellmu big cats biss, iżda annimali oħrajn anke orsijiet. Huwa ta’ tħassib kbir. Malta hija pajjiż żgħir… l-ispazju hu limitat ħafna… fl-2019, qabel ma bdejt naħdem ma’ FOUR PAWS, l-organizzazzjoni diġà kienet qed qed titkellem  mal-awtoritajiet u staqsejna x’inhi jiġri bil-big cats? Xi ħaġa magħrufa ma’ kulħadd li f’Malta hawn ħafna big cats miżmumin fid-djar…”

Tgħidilna li saret pressjoni fuq il-Gvern biex tinbidel il-liġi biex ikun hemm aktar kontrolli filwaqt li terġa’ tfakkarna li hija ma taħdimx ma’ Malta biss, iżda ma’ diversi pajjiżi oħrajn li kull pajjiż għandu l-problemi tiegħu.

Tistqarr li meta bdiet taħdem ma’ FOUR PAWS fl-2023 kienet qalet li hemm ċans li nibdew naħdmu anke 

f’art twelida. “Li tinbidel il-liġi u jsir aktar infurzar. Aħna mhux pulizija. Aħna qegħdin hemm biex ngħinu, nassistu u bl-għajnuna tal-awtoritajiet jew bil-permess tas-sid naħdmu fuq dak l-annimal partikolari.”

Dr Aquilina tgħid li fl-aħħar snin kien hemm tibdil fil-liġi Maltija. Tgħid li l-liġi kif qiegħda issa, dawk id-djar privati li għandhom big cats u orsijiet għandhom jisewwew. “Jekk is-sid lest li jikkopera magħna aħna lesti niġu u nsewwu lill-annimali b’xejn,” tistqarr ma’ dan il-ġurnal Dr Ariane.

Tkompli tgħidilna li Four Paws tixtieq taħdem mas-sidien kollha li jżommu annimali ‘big cats’. “Aħna mhux l-intenzjoni tagħna li nidħlu bil-ġlied… anzi… iżda dawk kollha li għandhom big cats jew orsijiet jistgħu jagħmlu kuntatt magħna u morru biex insewwu l-annimali b’xejn. Dakinhar stess isir VET visit li jinkludi test komplut fuq l-annimal. Aktar minn hekk nistgħu nagħtu pariri dwar kundizzjonijiet aħjar li fihom jistgħu jinżamm l-annimali.

Dwar l-ammont ta’ anninali ‘big cats’ li hawn f’pajjiżna, Dr Ariane tgħid li fil-lista tal-Gvern hemm xi 80, iżda “aħna nemmnu li hemm aktar minn 100 annimali.”

L-Arka ta’ Noe

Dr Aquilina fl-aħħar ġimgħat għamlet ħdima kbira fl-Arka ta’ Noe mexxija minn Anton Caruana. Nistaqsu kif beda l-kuntatt ma’ Anton… “Ma’ Anton bdejna grazzi ghal grupp Vuċi għal Annimali u Anton xtaqt li jibda jnaqqas it-tgħammir tat-tigri fil-faċilità tiegħu. Il-post ta’ Anton mhux dar privata, iżda ried jikkopera magħna b’mod sħiħ u qbilna li niġu Malta u nsewwu t-tigri u l-leopardi. Anton aċċetta mill-ewwel.”

Tgħid b’sodisfazzjoni li Anton “ħalliena nidħlu kull fejn hemm l-annimali. 

Qegħdin nitkellmu miegħu wkoll għax wera x-xewqa li nieħdu xi ftit mill-annimali fis-santwarji tagħna u dan mhux biex jeħles minnhom, iżda biex l-annimali li se jżomm ikollhom aktar spazju u benessi tajbin.”

Min hi Dr Ariane Aquilina?

Iżda min hi Dr Ariane Aquilina?… Hija Maltija bħalna… gradwat mill-Università ta’ Malta bħala avukat u t-teżi tagħha għamlitu dwar il-liġi taż-żoos.

“Kont għamilt it-teżi dwar dik il-liġi ta’ dakinhar, illum inbidlet… Fl-2017 gradwajt fil-liġi u kont naħdem bħala avukat hawn f’Malta. Iżda fl-istess waqt kont inħobb ħafna lill-annimali u għalhekk kont bdejt bħala avukat legali fis-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Annimali dakinhar taħt it-tmexxija ta’ Clint Camilleri,” tgħidilna l-Avukata.

Moħħha però baqa’ fuq l-annimali… tgħid li riedet taħdem ma’ dawn il-ħlejqiet ‘face to face’. “Komplejt nistudja ma l-Università ta’ Edinburgh minn fejn hemm ġibt M.Sc. fl-Animal Walfare. Bdejna naħdem ma’ MSPCA biex inġib l-esperjenza prattika mal-klieb u qtates, u wara mort naħdem fl-Irlanda u anke fl-Istati Uniti ma’ varjetà ta’ annimali. Fl-Irlanda kont naħdem ma’diversi mammiferi u għasafar inkluz għasafar tal-priża, volpi, otters, u mas-seals filwaqt li fl-Istati Uniti kont naħdem mal-wolfs,” itemm tgħid l-Avukata filwaqt li qalet biex imbagħad fl-2023 daħlet taħdem ma’ FOUR PAWS bhala project manager.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport