Thursday, April 10, 2025

Jintlaħaq ftehim bejn l-MUT u l-MCAST

Aqra wkoll

Wara xhur sħaħ ta’ negozjati, il-Ministru tal-edukazzjoni Clifton Grima ħabbar li kien intlaħaq ftehim bejn l-MCAST u l-Unjin tal-Għalliema (MUT) dwar il-Ftehim Kollettiv il-ġdid għall-impjegati tal-MCAST. 

“Dan huwa pass ieħor importanti biex nassiguraw kundizzjonijiet aħjar għall-edukaturi tagħna u sabiex inkomplu ntejbu s-settur edukattiv f’pajjiżna,” kiteb il-Ministru Grima

Hu rringrazzja lill-MUT, lill-MCAST, lill-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, u lill-Unità tar-Relazzjonijiet Industrijali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-ħidma kollettiva li wasslet għal dan il-ftehim.

“Grazzi lil dawk kollha, li anke fl-iktar mumenti delikati, emmnu li permezz tad-djalogu nistgħu naslu. Grazzi lill-Prim Ministru tas-sapport kontinwu. Inħarsu ’l quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien għall-ġid tal-edukaturi u tal-istudenti tagħna,” temm jikteb il-Ministru Grima.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport