Jinżamm arrestat wara li beżża’ u hedded lill-ġirien fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena residenti ż-Żejtun ammetta quddiem il-Qorti li beżża’ u hedded żewġ ġirien. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ jumejn ilu fil-lokalità fejn jgħix ir-raġel.

Ġie spjegat li fil-bidu ta’ Awwissu li għadda, l-imputat diġà nstab ħati għal reati li wettaq kontra l-istess vittmi u ngħata sentenza sospiża. 

Ħareġ ukoll li l-imputat li fil-Qorti qal jaħdem bħala bajjad, għandu l-vizzju tax-xorb u meta jkun fis-sakra, jirreaġixxi ħażin ħafna.

Id-difiża qalet li sentenza ta’ ħabs effettiva mhix soluzzjoni għall-imputat l-aktar minħabba li għandu ħamest itfal. L-avukat difensur qal li l-imputat beda l-vizzju tax-xorb wara li kien tilef lil xi ħadd qrib tiegħu u għalhekk għandu bżonn l-għajnuna.

Il-Maġistrat Farrugia Frendo, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li fost oħrajn il-Qorti għad trid tisma  x-xhiedatal-allegati vittmi f’dan il-każ. 

Qabel tingħata s-sentenza fl-aħħar tax-xahar, il-Qorti qablet li jitħejja rapport dwar l-akkużat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport