Thursday, December 26, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li aggredixxa tliet uffiċjali tal-Pulizija

Aqra wkoll

Illum quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Charlton Mifsud ta’ 39 sena residenti l-Imqabba. Mifsud jinsab mixli li aggredixxa u hedded tliet uffiċjali tal-Pulizija fl-Għassa f’Tas-Sliema.

Fis-seduta tal-lum tressqu diversi xhieda li allegatament sfaw vittmi. L-ewwel li xehed kien il-kuntistabbli, Daniel Scerri.Fix-xhieda tiegħu, Scerri qal li l-imputat beda jgħajjat u jsabbat fuq il-perspex. Uffiċjali oħrajn preżenti ppruvaw jimmantetjaw lil Mifsud iżda dan irrifjuta li jikkopera.

Fi tmiem is-seduta, l-Avukat Lennox Vella talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba il-gravita’ tal-każ. Il-Maġistrat Camilleri Busuttil infurmat lill-partijiet li digriet dwar il-ħelsien mill-arrest ser tagħtih ‘in camera’.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Ian Azzopardi flimkien mal-Avukat Brandon Bonnici f’isem l-Avukat Ġenerali waqt li għall-pulizija qed jidhru l-Avukat Herman Mula.

Ekonomija

Sport