Saturday, December 21, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kkawża biża’ lil ommu

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena inżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li b’diversi akkużi fosthom li kiser ordni ta’ probation u li kkawża biża’ lil ommu. Huwa kien akkużat ukoll li ma żammx mar-regoli imposti fuqu f’każ separat.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagar spjegat kif l-imputat intlemaħ f’Wied il-Għajn u li meta ġie avvaċinat mill-Pulizija, dan ħarab minn fuq il-post.

Ġie spjegat ukoll li fl-istess ġurnata, intlemaħ fl-inħawi tal-Fgura u li hemm reġa’ ħarab mill-Pulizija. FIl-Qorti, ġie spjegat li l-akkużat isofri mill-vizzju tad-droga u tal-alkoħol.

Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu, il-qorti rrifjutat din it-talba u ordnat li jibqa’ arrestat.

Ekonomija

Sport