Friday, December 27, 2024

Jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq mutur minn Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti l-Mosta inżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq mutur, liema kien beħsiebu jirritornah wara li tissewwa l-karrozza tiegħu li kienet bil-ħsara.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jeffrey Scicluna u Brendan Hewer, spjegat li fit-28 ta’ Awwissu, l-imputat Leon Lee Zammit seraq mutur Kymco minn Ħal Tarxien. Zammit kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħtija lilu mill-Qorti f’Diċembru li għadda.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li minn filmati tac-CCTV, li ġew evalwati mill-Pulizija, wera li nsteraq minn Ħal Tarxien u li min serqu kien raġel twil u rqiq. Qalet ukoll li l-Pulizija ndunaw li kien hemm mutur suspettuż fl-istess lokalitá u li dan minħabba n-numru tar-reġistrazzjoni.

Mal-Pulizija, Zammit qal li huwa seraq il-mutur bir-raġuni li l-karozza tiegħu kienet bil-ħsara u li ried imur għax-xogħol biex jitma lill-familja. Fil-Qorti, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkkużi miġjuba kontrih, bil-Prosekuzzjoni tgħid li dan ma għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li ġieli kiser ordnijiet mogħtijal ilu mill-Qorti.

Id-Difiża fakkret li r-raġel kien għeleb il-vizzju tad-droga u qalet li jekk ma jingħatax ħelsien mill-arrest jispiċċa jitlef ix-xogħol. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadia Helena Vella kkonkludiet li ż-żagħżugħ ma għandux jingħata ħelsien mill-arrest u għalhekk inżamm arrestat.

Id-difiża tmexxiet mill-Avukat Rachel Tua.

Ekonomija

Sport