Silvestre Antonio Garcia Alvarez ta’ 37 sena mir-Repubblika Domenikana u Maximo Luna Diaz ta’ 58 sena minn Spanja baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati bi traffikar ta’ droga.
Allegatament huma nqabdu wara operazzjoni li saret mill-Iskwadra tad-Droga li fiha nstabu 3kg ta’ kokaina u kwantitajiet kbar ta’ sustanzi illegali oħrajn.
Huma tressqu quddiem il-Magistart Rachel Montebello fejn fost l-oħrajn ġew akkużati b’importazzjoni u traffikar ta’ kokaina u sustanzi oħra, u ħasil ta’ flus.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-pulizija kienu ilhom josservaw lill-akkużati fuq suspett ta’ traffikar tad-droga. Wara l-osservazzjoni saret rejd fuqhom u anke fil-post fejn l-irġiel kienu jżommu d-droga.
Fir-rejd insabu mat-3 kilogrammi kokaina, 600 mitt gramma amfetamini, 400 mitt gramma ketamina, madwar 2,500 pillola ecstasy u ammont kbir ta’ flus kontanti.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja u baqgħu jinżammu arrestati.