Monday, May 13, 2024

Jitilgħu għal 13 il-persuni mejta wara l-iżbroff tal-vulkan fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tas-salvataġġ sabu żewġ katavri oħra fuq il-vulkan Indoneżjan li żbroffa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, biex it-total ta’ mwiet kaġun ta’ dan l-iżbroff issa tela’ għal 13.

Mijiet ta’ persuni oħra u 10 hikers għadhom rapportati nieqsa fil-Muntanja Marapi ta’ Sumatra. It-tfittxija kellha tieqaf għal xi ħin matul il-jum tat-Tnejn minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u dan hekk kif beda jkun hemm żbroff kontinwu.

Minkejja d-diversi twissijiet li l-vulkan għadu qiegħed jiżbroffa, 200 persuna oħra marru fuq il-post biex jgħinu fit-tfittxjiet. Ahmad Rifani, uffiċjal fl-istazzjon ta’ monitoraġġ ta’ Marapi, qal li kienu osservati xejn inqas minn ħames żbroffi tal-vulkan fil-ħin ta’ bejn nofsillejl u t-8.00 a.m. (ħin lokali) matul il-jum tat-Tlieta.

Il-Muntanja Marapi, li tfisser “il-Muntanja tan-Nar” hija fost l-aktar attivi mill-127 vulkan tal-Indoneżja u hija popolari ferm mal-hikers. L-aktar żbroff fatali ta’ dan il-vulkan seħħ fl-1979 meta dakinhar kienu mietu b’kollox 60 persuna.

Sport