Tuesday, May 14, 2024

Jitilgħu l-poloz tal-Aħħar 32 u tal-Aħħar 16 tal-Izibet FA Trophy … il-holders Floriana kontra St Lucia

Aqra wkoll

It-tlugħ għall-Izibet FA Trophy 2022/23 Round tat-32 u Round tas-16 sar nhar l-Erbgħa fis-Sala taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali.

Il-holders Floriana telgħu biex jilagħbu ma’ Santa Lucia fl-uniku konfront bejn żewġ klabbs tal-Premier bi tmienja minnhom jiffaċċjaw klabbs tas-Challenge League.

Fil-fatt apparti l-e14-il klabb tal-Premier, kien hemm 11x-il tim miċ-Challenge League, tnejn minn national Amateur League u ħames timijiet Għawdxin tal-Ewwel Diviżjoni fil-poloz.

Sitt timijiet kienu seeded – Floriana, Hibernians, Hamrun Spartans, Gzira United, Birkirkara u Gudja United.

Floriana telgħu ma’ tim ieħor tal-Premier, Santa Lucia filwaqt li Gzira, Gudja u Hibernians telgħu ma’ timijiet miċ-Challenge League – Gzira United telgħu ma’ Sliema Wanderers, Gudja United telgħu ma’ Naxxar Lions filwaqt li Hibernians telgħu ma’ Zurrieq. Birkirkara u Ħamrun telgħu ma’ clubs Għawdxin, Nadur Youngsters u Għajnsielem rispettivament.

Ħames klabbs oħra tal-Premier tellgħu mat-timijiet taċ-Challenge League – Marsaxlokk telgħu ma’ Zejtun Corinthians, Balzan ma’ Tarxien Rainbows, Mosta ma’ Melita, Zebbug Rangers ma’ Swieqi United u Sirens ma’ Mqabba.

Min-naħa l-oħra, Valletta kienu telgħu mat-tim tan-National Amateur League Zabbar St. Patrick filwaqt li Pieta’ Hotspurs telgħu mat-tim Għawdxi ta’ Xewkija Tigers.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra, Mtarfa telgħu mat-tim Għawdxi ta’ Qala Saints filwaqt li San Ġwann kienu mat-tim tan-National Amateur League, Mgarr United.

It-32 partita huma skedati bejn it-13 u s-16 ta’ Jannar.

Floriana v Santa Lucia

Zejtun Corinthians v Marsaxlokk

Balzan v Tarxien Rainbows

Birkirkara v Nadur Youngsters

Valletta v Zabbar St Patrick

Hamrun Spartans v Għajnsielem

Gzira United v Sliema Wanderers

Mtarfa v Qala Saints

Melita v Mosta

Swieqi United v Zebbug Rangers

Gudja United v Naxxar Lions

Sirens v Mqabba

Pieta’ Hotspurs v Xewkija Tigers

San Gwann v Mgarr United

Hibernians v Zurrieq

Attard v Kercem Ajax

Round tas-16

Floriana jew Santa Lucia v Zejtun Corinthians jew Marsaxlokk

Balzan jew Tarxien Rainbows v Birkirkara jew Nadur Youngsters

Valletta jew Zabbar St Patrick v Hamrun Spartans jew Ghajnsielem

Gzira United jew Sliema Wanderers v Mtarfa jew Qala Saints

Melita jew Mosta v Swieqi United jew Zebbug Rangers

Gudja United jew Naxxar Lions v Sirens jew Mqabba

Pieta’ Hotspurs jew Xewkija Tigers v San Ġwann jew Mgarr United

Hibernians jew Zurrieq v Attard jew Kercem Ajax

Il-partiti tar-round tas-16 se jintlagħbu fis-7, 8 u 9 ta’ Frar. Il-kwarti tal-finali huma skedati għall-24-26 ta’ Frar, is-semi-finali għall-25-26 ta’ April u l-finali għat-30 ta’ April.

Sport