Saturday, December 21, 2024

Jitlef ħajtu ir-raġel li waqa’ erba’ sulari minn gallarija f’San Ġwann

Aqra wkoll

Ir-raġel li kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-Erbgħa li għadda waqa’ erba’ sulari minn gallarija f’San Ġwann, sfortunatament tilef ħatju fl-aħħar sigħat ġewwa l-Isptar Mater Dei.

Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija, fejn spjegat li l-identità tar-raġel għadha sa issa mhux magħrufa.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-Erbgħa li għadda: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ erba’ sulari minn gallarija f’San Ġwann

Raġel fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m, kien involut f’inċident fi Triq San Franġisk f’San Ġwann.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel li lidentità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ residenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat Dr Antione Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport