Saturday, December 21, 2024

Jitolbu laqgħa mal-awtoritajiet tas-saħħa biex jitfasslu protokolli għall-festi esterni

Aqra wkoll

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darb’oħra qed titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika, bħalma ilha tagħmel minn April tas-sena l-oħra, biex permezz ta’ diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni.

Fi stqarrija, l-Għaqda qalet li ħadet nota tal-isqarrijiet tal-bieraħ tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi. L-Għaqda qalet li jidher ċar li l-protokolli eżistenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal purċissjonijiet.

L-Għaqda ħeġġet biex ilkoll flimkien naħdmu biex ma tintilifx pern ewlieni tal-identità kulturali Maltija. 

Ekonomija

Sport