Wednesday, March 19, 2025

Jiwaqqfu mat-350 vettura u nħarġu 104 taħrika

Malta tingħaqqad mal-inizjattiva tar-RoadPol - Spezzjonijiet fuq l-ilbies taċ-ċintorin tas-sigurtà

Aqra wkoll

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta ngħaqad mal-forzi tal-ordni Ewropej, flinizjattiva tar-RoadPol (European Roads Policing Network) – ir-“Roadpol Seat Belt PanEuropean Operation.”

Permezz ta’ spezzjonijiet fl-infurzar tar-regolamenti tat-traffiku f’diversi toroq, kemm filgħodu kif ukoll waranofsinhar, l-enfasi kien fuq l-ilbies taċ-ċintorin tas-sigurtà, speċjalment vannijiet tal-iskejjel.

Waqt dawn l-ispezzjonjiet, twaqqfu 64 vann tal-iskola, bil-pulizija tkellmu mat-tfal dwar limportanza li jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurtà, minkejja li huma passiġġieri. Mhux biss waqt li jkunu fit-trasport tal-iskola, iżda anke meta jkunu fil-karozzi mal-ġenituri jew kustodji tagħhom.

Il-pulizija tkellmu wkoll max-xufiera ta’ dawn il-vannijiet, fejn spjegawlhom li mhux biss bħala xufiera jridu jilbes iċ-ċintorin, iżda għandhom id-dmir li jaraw li t-tfal jilbsuh ukoll, qabel u waqt li jkunu qed isuqu.

Waqt dawn il-kontrolli, xufier ta’ van instab li kien qiegħed isuq waqt li għandu l-liċenzja revokata u mingħajr polza tal-assikurazzjoni. Waqt li ma tħalliex ikompli jsuq bit-tfal tal-iskola, il-pulizija għamlet kuntatt mal-ġenituri sabiex jiġbru lit-tfal. Ix-xufier u sid il-kumpanija talvann qegħdin ikunu investigati u se jinħarġu akkużi fil-konfront tagħhom.

Intant, matul ir-“Roadpol Seat Belt Pan-European Operation”, twaqqfu mat-350 vettura u nħarġu 104 taħrika lil xufiera u/jew passiġġieri li ma kinux lebsin iċ-ċintorin tas-sigurtà, kif ukoll numru ta’ taħrikiet oħra dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku.

Studji wrew li l-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà iwassal għal tnaqqis ta’ fatalitajiet waqt is-sewqan f’każ ta’ ħabta. Iċ-ċintorin joffri ukoll protezzjoni akbar u jnaqqas ir-riskju ta’ korrimenti fatali, speċjalment fejn jidħlu tfal.

Il-messaġġ huwa wieħed : “Dejjem ilbes iċ-ċintorin tas-sigurtà f’kull vjaġġ, f’kull vettura, tista ssalva ħajja!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport