Jiżdiedu l-ispezzjonijiet f’siti ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

L-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni (BCA) kompliet għaddejja mingħajr waqfien bl-ispezzjonijiet tagħha f’siti ta’ kostruzzjoni. Ċifri uffiċjali jindikaw li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena biss, bejn Jannar u l-5 ta’ Ottubru, l-Awtorità wettqet xejn inqas minn 17,481 spezzjoni li kienu bbażati fuq ilmenti tan-nies, spezzjonijiet skedati u spezzjonijiet għall-għarrieda.

Statistika dwar kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità fit-tliet kategoriji ngħatat mill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol, Jonathan Attard meta kien qed iwieġeb interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg.

Minn dak li ħabbar il-Ministru Attard fil-Parlament, jirriżulta li fit-tnax-il xahar tas-sena 2024 saru mhux inqas minn 12,759 spezzjoni. L-ispezzjonijiet, partikularment dawk skedati u dawk magħmulin għall-għarrieda komplew jiżdiedu fl-2025 u l-2026. 

L-ispezzjonijiet kollha saru minn 24 uffiċjal tal-Awtorita li huma assenjati għall-ispezzjonijiet.

Dawn il-figuri jixhdu l-importanza li għandha l-Awtorita għall-Bini u l-Kostruzzjoni fil-ħarsien tas-sigurta tan-nies u tal-ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport