Thursday, October 17, 2024

Joe Biden b’azzjoni immedjata biex ineħħi għadd ta’ miżuri mill-amministrazzjoni preċedenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat bdew ħarġin dettalji dwar numri ta’ ordnitiet eżekuttivi li huwa ppjanat li l-President elett Joe Biden se jkun qiegħed jimplimenta hekk kif jidħol fil-kariga matul din il-ġimgħa. 

Midja tal-Istati Uniti qiegħda tirrapporta li fost l-oħrajn Biden se jkun qiegħed ireġġa’ lura l-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar kif ukoll se jkun qiegħed jerġa’ jdaħħal lill-pajjiż fil-ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. 

Apparti hekk, il-President elett huwa mistenni li jaħdem biex jerġa’ jlaqqa’ lit-tfal li kienu ġew isseparati minn mal-familji tagħhom fil-fruntiera kif ukoll joħroġ numri ta’ mandati dwar il-Covid-19 u l-ilbies tal-maskli. 

Biden se tkun qiegħed jiġi inawgurat bħala President tal-pajjiż nhar l-Erbgħa li ġej. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-50 stat tal-Istati Uniti jinsabu fuq allert qabel iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni bit-truppi tal-Gwardja Nazzjonali jiġu skjerati biex jgħassu Washington DC. 

Huwa mistenni li hekk kif Biden jirfes fil-White House huwa se jkun qiegħed idaħħal fis-seħħ numru ta’ azzjonijiet eżekuttivi biex jaqta’ r-rbiet mal-amministrazzjoni preċedenti. Apparti l-miżuri msemmija iktar kmieni, Biden se jkun qiegħed jip- preżenta wkoll pjan ta’ stimolu ta’ $1.9 triljun biex jgħin lill-pajjiż jirkupra mill-pandemija tal-Covid-19. L-amministrazzjoni ta’ Biden saħqet li fl-ewwel 100 jum se jkunu qegħdin jitqassmu xejn inqas minn 100 miljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, dan hekk kif huma ddeskrivew il- pjan preżenti bħala “falliment totali”. L-uffiċjali tal-amministrazzjoni ta’ Biden saħqu li l-President elett se jieħu azzjoni biex mhux biss ireġġa’ lura l-ikbar ħsarat li għamlet l-am- ministrazzjoni ta’ Trump iżda biex il- pajjiż jerġa’ jibda jimxi ’l quddiem. 

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss

Sport