Wara ħames staġuni u nofs jimmilita ma’ Hamrun Spartans, Joseph Mbong sellem lil dan il-klabb b’kitba emozzjonali fuq il-mezzi soċjali. Ma’ Hamrun, Mbong, rebaħ dak kollu li għandu x’joffri l-futbol lokali, ħlief l-FA Trophy, bl-aħħar unur għalih ikun dak tal-MFA Player tas-Sena għall-istaġun 2025/26 lejn tmiem ix-xahar li għadda.
F’kitba indirizzata lill-partitarji Ħamruniżi, huwa qal:
“Nixtieq nirringrazzjakom ta’ dawn l-ahhar hames staguni u nofs. Ilqajtuni fil familja ijsni kont wieħed minnkom minn dejjem. Irbaħna flimkien, bkejna flimkien, ktibna l-istorja flimkien.”
“Nixtieq nirringrazzja lill-kumitat kollu tal-Hamrun tal-fiduċja li wrew fija minn ġuvnott speċjalment Elton Borg, is-Sur Portelli, Marcel u Eric meta urewni l-idea tal-proġett li kellhom u nemmen li wettaqnieh u iktar minn hekk.”
“Grazzi lil David Camillieri tal-ħidma bla waqfien tiegħu.”
“Grazzi lil Gilbert, Jason, Francesco, Etienne, Nardu u kull kit manager li ta sehemu fil-passat.”
“Grazzi lil kull player, tabib, fiżjo-terapista u kowċis kollha li ħdimt magħhom għax mingħajrhom il-progress tal-klabb ma kienx ikun possibli.”
“Ktibt parti kbira mill-karriera tiegħi ma’ Hamrun, peró bħalma jgħidu kull ħaġa tajba għandha it-tmiem tagħha.”
“Nerġa’ ngħidilkom grazzi u ma nixtiqilkom xejn ħlief ġid u progress bħala Hamrun Spartans għax kontu l-familja tiegħi għal dawn l-aħħar sitt snin!”



