Friday, April 26, 2024

Jude Bellingham viċin li jingħaqad ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid jinsabu ferm viċin li jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Ingliż, Jude Bellingham, mingħand Borussia Dortmund. 

Dan il-player ta’ 19-il sena huwa wieħed mill-aktar players imfittxija fl-Ewropa wara l-wirjiet tiegħu impekkabbli f’dawn l-aħħar sentejn.

Bosta clubs Ingliżi kienu ferm interessati li jiffirmaw lil Bellingham iżda huwa pprefera li jmur jilgħab fi Spanja minħabba li l-ewwel għażla tiegħu kienet ma’ Liverpool minħabba li l-familjari tiegħu huma kollha partitarji kbar tar-Reds. 

Huwa kien il-prijoritá ta’ Liverpool iżda minħabba l-fatt li jridu jibnu team ġdid, is-somma ta’ £140 miljun hija waħda eċċessiva għalihom. 

Min-naħa tal-player, kien irrabjat ħafna li r-Reds irtiraw mill-interess meta t-taħdidiet kienu fi stadju avvanzat. 

Billi issa ingħaqdu magħhom Man City fit-triq.

Sport