Tuesday, May 14, 2024

Sam Allardyce jinħatar coach ta’ Leeds United

Aqra wkoll

Leeds United ħabbru li Sam Allardyce se jieħu post il-coach Javi Gracia għall-kumplament tal-istaġun fit-tentattiv iddispirat biex isalvaw mir-relegazzjoni. 

Gracia, li għandu 53 sena, tkeċċa nhar it-Tlieta minkejja li ngħaqad mal-Peacocks fl-aħħar ta’ Frar li għadda biex jieħu post Jesse Marsch li tkeċċa wkoll mill-kariga tiegħu. 

Huwa rreġistra żewġ rebħiet mill-ewwel erba’ partiti tiegħu fit-tmexxija iżda mbagħad Leeds għaddew minn sensiela ta’ riżultati negattiv hekk kif jinsabu fis-17-il post u fil-periklu li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Championship. 

Leeds jemmnu li Allardyce, 68 sena, huwa l-persuna ideali għas-salvazzjoni tagħhom. 

Iżda fi-veritá wasal xi ftit tard minħabba li huma fadlilhom erba’ konfront mill-aktar diffiċli. Dawn huma Manchester City (a), Newcastle United (h), West Ham (a) u Tottenham (h). 

Sport